Servizz Estiż għall-VISA
Mis-27 ta’ Marzu 2023 l-Aġenzija Identità Malta introduċiet sistema ġdida li permezz tagħha applikanti mill-Bangladexx, l-Indja, u n-Nepal jistgħu japplikaw għal appuntament tal-VFS direttament online permezz tal-Extended Service għal Viża ta’ Xogħol.
Tista’ taċċessa dan is-servizz permezz tal-links:
Dan is-servizz estiż bħalissa huwa applikabbli għaċ-Ċentri ta’ Applikazzjoni għall-Viża li ġejjin:
- L-Indja – Delhi, Cochin, Hyderabad, Mumbai, Lucknow
- Il-Bangladexx – Dhaka
- Nepal – Kathmandu
L-Approval in Principle Letter trid tkun valida biex tkun aċċettata f’din is-sistema. F’każ li l-Approval in Principle Letter tiskadi qabel l-appuntament tiegħek, tista’ titlob estensjoni billi tikkuntattja lil [email protected].