Notifiki tat-Twelid u Mwiet
Notifiki ta’ twelid u mwiet lokali jistgħu jsiru fl-uffiċċju tal-Aġenzija Identity Malta fl-isptar Mater Dei, l-Imsida, online fuq https://www.identitymalta.com/services/ jew bil-posta billi tintbagħat imejl fuq [email protected].
It-Taqsima tar-Reġistrazzjoni tirreġistra l-atti kollha ta’ stat ċivili (jiġifieri l-atti tat-twelid, taż-żwieġ, tal-unjoni ċivili u tal-mewt) kemm lokali kif ukoll dawk barranin. Kull att jiġi vverifikat, ipproċessat u rreġistrat. L-atti kollha jiġu rreġistrati fi ftit jiem. Ir-reġistrazzjoni tal-atti tal-istat ċivili barranin tikkonċerna biss lil ċittadini Maltin li twieldu, iżżewġu jew mietu barra minn Malta.
Fejn meħtieġ, ikun hemm bżonn ta’ diversi dokumenti tal-qrati, dokumenti oħra relatati ma’ separazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra marbuta mal-ġenituri tat-tfal jew tal-persuna mejta. Dawn jiġu vverifikati, u d-dettalji kkonfermati u proċessati qabel ma sseħħ ir-reġistrazzjoni finali tal-Att