Applikazzjoni ta’ adult għall-ewwel passaport
Ibbukkja Appuntament mal-Uffiċju tal-Passaporti
Applikazzjoni ta’ adult għall-ewwel passaport
L-applikanti għandhom imorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jittieħdilhom ritratt biometriku, kif ukoll il-marki tas-swaba’ u magħhom jieħdu l-Karta tal-Identità. Iridu jġibu wkoll il- Formola A mimlija, li tista’ tinstab fuq dan is-sit elettroniku, u jaraw li għandhom is-sezzjonijiet 1, 2, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 9 trid timtela minn rakkomandant (rakkomandant huwa xi ħadd gradwat mill-Universita’ b’degree jew aktar li jkun ilu jaf lill-applikant aktar minn sentejn (2) Irid jagħmel it-timbru jew jikteb f’hiex inhu gradwat jew jikteb il-warrant number).
F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u għandhom jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. Meta jinġabar, l-applikant irid jippreżenta l-Karta tal-eID tiegħu u jerġgħu jittieħdulu l-marki tas-swaba’, sabiex tkun ikkonfermata l-identità.
Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta għal kollox, l-applikant ikun ikkuntattjat u dan jista’ jtawwal il- proċess kollu.
L-applikanti jridu jħallsu t-tariffi applikabbli bil-quddiem u l-uffiċċju tal-passaporti jaċċetta flus kontanti, ċekkijiet jew ħlasijiet bil-kard.
Applikazzjoni għal passaport ġdid għall-persuni taħt it-18-il sena
It-tfal m’għadhomx jitniżżlu fuq il-passaport tal-ġenituri u għaldaqstant għandu jkollhom passaport maħruġ separatament fuq isimhom. L-applikazzjoni ta’ minuri taħt it-18-il sena trid tiġi ppreżentata personalment minn xi ħadd miż-żewġ ġenituri/tuturi. Trid tiġi ppreżentata l-Karta tal-Identità oriġinali taż-żewġ ġenituri/tuturi. Il-passaporti ta’ minuri taħt it-18-il sena jinġabru biss minn xi wieħed miż-żewġ ġenituri/tuturi fuq il-preżentazzjoni tal-Karta tal-Identità.
Il-kunsens tal-ġenituri/tuturi f’Taqsima 7 tal-formola jrid jimtela dejjem meta ssir applikazzjoni għall-
passaport ta’ persuni taħt it-18-il sena. Ir-rakkomandant irid jara li l-firem f’Taqsima 7 taż-żewġ ġenituri/tuturi jsiru quddiemu. L-istess rakkomandant irid jimla wkoll Taqsima 8. (Ir-rakkomandant huwa xi ħadd gradwat mill-Universita’ b’degree jew aktar li jkun ilu jaf lill-applikant aktar minn sentejn (2). Irid jagħmel it-timbru jew jikteb f’hiex inhu gradwat jew jikteb il-warrant number. Fil-każ ta’ minuri, ir-rakkomandant ma jistax ikun xi ħadd mill-ġenituri).
Jekk iż-żewġ ġenituri huma mejtin, it-tutur/i jrid/u jiffirma/w il-kunsens f’Taqsima 6. Persuna jew persuni
li għandhom it-tutela tal-minuri waqt li l-ġenituri tat-tfal għadhom ħajjin, iridu jipproduċu kopja tas- sentenza tal-Qorti li turi li t-tfal huma taħt il-kustodja tagħhom. Il-Karta tal Identità taż-żewġ tuturi trid tiġi murija dejjem meta wieħed japplika għall-passaport tat-tfal. Il-passaport irid jinġabar ukoll mit- tutur/i u tkun trid tiġi dejjem ippreżentata l-Karta tal-Identità. F’kull każ, ir rakkomandant irid jiffirma wkoll Taqsima 7 tal-applikazzjoni, wara li jkun aċċerta ruħu mill-identità taż żewġ tuturi.
Jekk il-minuri diġà għandu passaport, dan għandu jiġi ppreżentat lill-Uffiċċju tal-Passaporti u jiġi kkanċellat. Il-ġenituri jew tuturi jistgħu jiġbru l-passaport tat-tfal tagħhom mill-Uffiċċju tal-Passaporti
wara erbat (4) ijiem ta’ xogħol, sakemm ma jkunx hemm informazzjoni nieqsa. Il-passaport tal-minuri għandu jinġabar minn wieħed mill-ġenituri, li għandu jġib miegħu l-karta tal- identità tiegħu. Jekk l- applikant minuri għandu 12-il sena jew aktar hu/hi jrid imur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti
flimkien ma’ wieħed mill-ġenituri jew tuturi, sabiex għal darb’oħra jittieħdulu l-marki tas-swaba’.
- Tfal li għandhom ħames (5) snin jew inqas għandhom bżonn rakkomandant li jimla s-sezzjonijiet 6 u 7. Ir rakkomandant għandu wkoll ikun xhud tal-firem tal-ġenituri fil-preżenza tiegħu/tagħha. Il-ġenitur/tutur ikun irid jehmeż żewġ (2) ritratti tal-passaport identiċi u wieħed (1) mir-ritratti
għandu jiġi ffirmat u approvat fuq wara mill-istess rakkomandant (ir-rakkomandant irid jikteb: Din hija xbieha identitka ta’ (l-isem u l-kunjom tal-minuri). Mhuwiex meħtieġ li t- tifel/tifla jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti. - Minuri ta’ bejn sitt (6) snin u tlettax-il (13) sena jeħtieġu rakkomandant li jimla t-taqsimiet 6 u 7. Ir-rakkomandant għandu wkoll ikun xhud tal-firem tal-ġenituri fil-preżenza tiegħu/tagħha. Il-
ġenitur/tutur ikollu jehmeż ritratt tal-passaport wieħed (1) li għandu jiġi ffirmat fuq wara u
approvat mill-istess rakkomandant (ir-rakkomandant irid jikteb: Din hija xbieha identitka ta’ (l-isem u l-kunjom tal-minuri). Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal- Passaporti biex jittieħdilhom ritratt biometriku tal-wiċċ. Iz-Żewg Karti tal-identita’ originali tal-ġenituri irridu jkunu prezenti l-Ufficju tal-Passaporti. Tfal ta’ tnax-il sena (12) jew aktar jittieħdulhom il-marki tas-swaba’. - Minuri li għandhom bejn erbatax-il sena (14) u ħmistax-il (15) sena jeħtieġu rakkomandant li jimla t-taqsimiet 6 u 7. Ir rakkomandant għandu wkoll ikun xhud tal-firem tal-ġenituri fil- preżenza tiegħu/tagħha. Il-minorenni f’dik l-età m’għandhomx għalfejn iġibu magħhom ritratt tal-passaport, iżda jeħtieġ li jippreżentaw il-karta tal-identità 14+ Maltija tagħhom. Iz-Żewg Karti tal-identita’ originali tal-ġenituri irridu jkunu prezenti l-Ufficju tal-Passaporti. Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti biex jittieħdilhom ritratt biometriku
tal-wiċċ, il-marki tas-swaba u l-firem. - Minuri ta’ bejn is-sittax-il sena (16) u sbatax-il sena (17) jeħtieġu rakkomandant li jimla t-taqsimiet 6 u 7. Ir-rakkomandant għandu wkoll ikun xhud tal-firem tal-ġenituri fil-preżenza tiegħu/tagħha. Il-minorenni f’dik l-età m’għandhomx għalfejn iġibu magħhom ritratt tal-
passaport, iżda jeħtieġ li jippreżentaw il-karta tal-eID 16+ tagħhom. Iz-Żewg Karti tal-identita’ originali tal-ġenituri irridu jkunu prezenti l-Ufficju tal-Passaporti. Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti biex jittieħdilhom ritratt biometriku tal-wiċċ, il- marki tas-swaba u l-firem.
Nota: Ir-rakkomandant huwa xi ħadd gradwat mill-Universita’ b’degree jew aktar li jkun ilu jaf lill-applikant aktar minn sentejn (2). Irid jagħmel it-timbru jew jikteb f’hiex inhu gradwat jew jikteb il-warrant number. Fil-każ ta’ minuri, ir-rakkomandant ma jistax ikun xi ħadd mill-ġenituri.