e-ID Servizz fid-dar

It-Taqsima tal-Karti tal-Identità toffri servizz lil ċittadini li għandhom diffikultà biex joħorġu minn djarhom.  It-Taqsima tibgħat in-nies tagħha fid-dar ta’ dawn iċ-ċittadini biex japplikawlhom għall-Karta tal-Identità ġdida, filwaqt li joħdulhom ir-ritratt u l-firma fil-kumdità ta’ darhom.

Biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz jista’ jibgħat email lit-Taqsima tal-Karti tal-Identità fuq [email protected] jew iċempel fuq (+356) 2590 4300.