Regoli tal-Privatezza

Billi żżur is-sit elettroniku https://identitymalta.com/ (il-“Websajt”), int (“Int”, l-“Utent” jew is- “Suġġett tad-Data”) tipprovdi l-Aġenzija Identity Malta (“Identity Malta”, “aħna” jew “lilna”) b’data personali.  Aħna nimpenjaw ruħna li nipproċessaw l-informazzjoni personali li niġbru permezz tal-Websajt (id-“Data Personali”) b’mod responsabbli ħafna u b’konformità mal-leġislazzjoni applikabbli.

 Aħna ppubblikajna din il-Politika (il-“Politika”) biex ninfurmawkom dwar l-ipproċessar tad-data personali li sseħħ permezz ta’ dan s-sit elettroniku.

 Id-data personali tinġabar ukoll meta timla l-formola “Ikkuntattjana” fuq: https://identitymalta.com/contact-us/. Ħloqna Politika ta’ Privatezza speċifika għal dak li tista’ ssib f’dan il-link.

1. Kontrollur tad-Data u Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

Identity Malta hija l-kontrollur tad-data, jiġifieri l-entità li tiddefinixxi l-għanijiet u l-mezzi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Identity Malta hija Aġenzija tal-Gvern ta’ Malta u nwasslu servizzi pubbliċi relatati maċ-Ċittadinanza, Karti tal-Identità, Passaporti, Viżi, Affarijiet tal-Espatrijati u Reġistru Pubbliku f’Malta.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tagħna huwa l-individwu responsabbli biex iwieġeb kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din il-politika u b’mod ġenerali għall-protezzjoni tad-data, u jista’ jkun ikkuntattjat fuq:

Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data
Aġenzija Identity Malta
Head Office,
Triq il-Wied, l-Imsida. MSD 9020.
Malta
dataprotection@identitymalta.com

2. Għanijietu bażi legali

Meta żżur is-sit elettroniku, aħna niġbru d-data personali tiegħek sabiex inkunu nistgħu nagħmlu ċert li jkollok aċċess għaliha, ittejjeb il-kontenut, il-funzjonalità u s-servizzi li noffrulek permezz tas-sit elettroniku.

Id-data personali miġbura meta żżur is-sit elettroniku tinkludi cookies. Il-cookies huma files żgħar li jitpoġġew fuq it-tagħmir tiegħek sabiex jgħinu lis-sit elettroniku jżomm rekord taż-żjarat u l-attività tiegħek. Biex nagħmluha aktar faċli, ħloqna Politika dwar il-Cookies apposta li hija disponibbli f’dan il-link.

Il-bażi legali għall-ipproċessar huwa l-interess leġittimu segwit minn Identity Malta. Aħna wettaqna test tal-bilanċ f’dan ir-rigward. Dan l-interess leġittimu ma jiġix imwarrab mill-interessi jew drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-Suġġett tad-Data li jeħtieġu l-protezzjoni tad-Data Personali.

3. Reċipjenti tad-data personali

Sabiex jinżamm is-sit elettroniku, nistgħu nittrasferixxu u naqsmu d-data personali tiegħek mad-disinjatur tal-web tagħna, Webee Ltd.

Dan se jsir f’konformità mal-liġijiet applikabbli, u hemm arranġamenti fis-seħħ sabiex jiggarantixxu l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-Data Personali waqt dawn it-trasferimenti.

Taħt ċerti kundizzjonijiet deskritti fil-liġi, nistgħu niżvelaw l-informazzjoni tiegħek lil partijiet terzi (bħal entitajiet oħra tal-Gvern jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi), jekk dan ikun meħtieġ u għal għanijiet legali u speċifiċi.

Id-Data Personali ma tiġix trasferita lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

4. Perijodu ta’ żamma

Id-Data Personali li niġbru meta żżur is-sit elettroniku tinżamm għal kemm iddum is-sessjoni. Għall-perijodu taż-żamma tal-cookies, jekk jogħġbok irreferi għall-Politika dwar il-Cookie.

5. Id-drittijiet tiegħek

Għandek numru ta’ drittijiet taħt il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, li huma elenkati hawn taħt u jistgħu jiġu invokati billi tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.

5.1 Aċċess

Int għandek id-dritt li tikseb konferma mingħandna dwar jekk inkunux qed nipproċessaw id-Data Personali tiegħek jew le, u fejn hu l-każ, aċċess għad-Data Personali, tikseb informazzjoni dwar l-ipproċessar u kopja tagħha.

5.2 Rettifikazzjoni

Int għandek id-dritt li tikseb mingħandna mingħajr dewmien żejjed ir-rettifika ta’ Data Personali mhux eżatta li tikkonċerna lilek innifsek. Meta jitqiesu l-għanijiet tal-ipproċessar, inti għandek id-dritt li jkollok data personali kompluta, inkluż billi tipprovdi dikjarazzjoni supplimentari.

5.3 Tħassir

F’ċerti każijiet, jista’ jkollok id-dritt li d-data personali tiegħek titħassar.

5.4 Restrizzjoni

Fil-każ li tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-liġi, għandek id-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

5.5 Il-Portabbiltà tad-Data

M’għandekx id-dritt li tmexxi d-data personali tiegħek għaliex aħna ma nipproċessawx id-data tiegħek abbażi tal-kunsens tiegħek jew abbażi ta’ kuntratt. Madankollu, int tista’ dejjem titlob li taċċessa d-data personali tiegħek.

5.6 Oġġezzjoni

Int għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali fi kwalunkwe ħin, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek. F’dak il-każ aħna mhux se nipproċessaw id-data personali tiegħek, sakemm ma nistgħux nuru raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jwarrbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali.

5.7 Ilment

Tista’ tressaq ilment mal-awtorità konċernata tal-Istat Membru fejn tgħix jew fejn qiegħed il-post tax-xogħol tiegħek jew tal-pajjiż fejn sar l-allegat ksur tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

5.8 Teħid awtomatiku ta’ deċiżjonijiet / analiżi tal-profil

Id-Data Personali mhijiex oġġett ta’ teħid awtomatiku ta’ deċiżjonijiet u lanqas biex issir analiżi tal-profil.

6. Bdil ta’ din il-politika

Din il-politika hija soġġetta għal bidla. Jekk jogħġbok żur dan is-sit b’mod regolari biex tkun aġġornat b’kull bidla li tista’ sseħħ minn żmien għal żmien.

L-aħħar aġġornament: 21.02.2019.