1. L-Aġenzija Identità Malta meta se terġa’ tibda tilqa’ applikazzjonijiet għal Single Permit?

L-Aġenzija Identità Malta bħalissa għaddejja f’diskussjonijiet mal-istakeholders tagħha, primarjament mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Jobsplus, l-awtoritajiet tas-saħħa, s-sezzjoni tal-immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, sabiex min-nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu jerġgħu jibdew jintlaqgħu applikazzjonijiet ġodda għas-single permit.

L-applikazzjonijiet kollha tas-single permit se jkunu assessjati b’mod rigoruż mill-Aġenzija Identità Malta u l-istakeholders kollha, fil-kuntest tas-suq tax-xogħol preżenti u l-liġijiet applikabbli.

La darba jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet għas-single permit, permessi jingħataw mingħajr preġudizzju għal:

  • kwalunkwe approvazzjoni oħra li tkun meħtieġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin sabiex l-applikant ikun jista’ jiġi Malta (skont l-Avviżi Legali 244, 255, 280 and 290 tal-2020, u/jew kwalunke Avviż Legali sussegwenti ieħor relatat li jista’ jinħareġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa);
  • kwalunkwe rekwiżiti b’rabta mal-viża speċjalment f’każ li l-applikant ikun ġej minn pajjiż fejn m’hemmx faċilitajiet għall-ħruġ tal-viża;
  • kwalunkwe restrizzjonijiet b’rabta ma’ vjaġġar lejn Malta imposti minn Membri Stati li minnhom l-applikant ikun irid jgħaddi sabiex mill-pajjiż minn fejn oriġina jkun jista’ jasal Malta.
  1. X’jiġri minn dawk l-applikazzjonijiet li ġew sospiżi?

Fid-dawl tal-iżviluppi li kien hemm fis-sitwazzjoni u r-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, applikazzjonijiet pendenti se jiġu vvalutati mill-ġdid, u deċiżjoni finali tiġi kkomunikata dalwaqt.

  1. X’jiġri mill-ittri ta’ approvazzjoni fil-prinċipju li jkunu skadew?

Wara bosta diskussjonijiet, l-Aġenzija Identità Malta se tkun qed tikkomunika d-dati estiżi permezz ta’ ittri ġodda lil dawk l-applikanti li kellhom l-applikazzjoni tagħhom approvata fil-prinċipju,  li għadhom  barra minn Malta u li l-ittra tagħhom issa skadiet. Dan mingħajr preġudizzju għal:

  • kwalunkwe approvazzjoni oħra li tkun meħtieġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin sabiex l-applikant ikun jista’ jiġi Malta (skont l-Avviżi Legali 244, 255, 280 and 290 tal-2020, u/jew kwalunke Avviż Legali sussegwenti ieħor relatat li jista’ jinħareġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa);
  • kwalunkwe rekwiżiti b’rabta mal-viża speċjalment f’każ li l-applikant ikun ġej minn pajjiż fejn m’hemmx faċilitajiet għall-ħruġ tal-viża;
  • kwalunkwe restrizzjonijiet b’rabta ma’ vjaġġar lejn Malta imposti minn Membri Stati li minnhom l-applikant ikun irid jgħaddi sabiex mill-pajjiż minn fejn oriġina jkun jista’ jasal Malta.

Applikanti li ġew innotifikati biex jiġu Malta u li ngħataw viża minn Missjoni Maltija barra mill-pajjiż, u li din issa skadiet, iridu jissottomettu applikazzjoni ġdida għall-viża. Dawn l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aderiti dejjem jekk ikun possibbli li wieħed jivvjaġġa lejn Malta mill-ġdid, min iħaddem jiddikjara li xorta jixtieq jimpjega lill-applikant u ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni ġdida imposta mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li jistgħu jimpedixxu vjaġġar lejn Malta.

  1. Meta mistennija jinfetħu mill-ġdid iċ-ċentri tal-Viża?

Dan jiddependi l-aktar mis-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa li jinsabu fiha ċerti pajjiżi, fejn kemm il-konsolati u l-fornituri esterni tas-servizzi tal-viża jinħtieġ li jkunu f’pożizzjoni sabiex joperaw skont ir-rakkomandazzjonijiet preżenti u futuri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tar-regolamenti tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

  1. X’tagħmel f’każ li l-viża tiegħek tkun skaditlek?

Applikanti li ġew infurmati li jistgħu jiġu Malta u ngħataw viża minn Missjoni Maltija barra minn Malta, u li issa din skadiet, jinħtieġ li jissottomettu applikazzjoni ġdida għal viża. Dawn l-applikazzjonijiet jintlaqgħu kemm-darba huwa possibbli li jsir vjaġġar lejn Malta, min ikun se jimpjega jiddikkjara l-intenzjoni tiegħu/tagħha li jrid jimpjega lill-applikant u m’hemmx restrizzjonijiet ġodda imposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li jistgħu jimpedixxu vjaġġar lejn Malta.

Applikanti ġejjin minn pajjiżi fejn m’hemmx Missjoni Maltija jridu jitolbu l-awtorizzazzjoni mit-Taqsima tal-Viża sabiex ikun jistgħu imorru f’Missjoni Diplomatika Maltija u jissottomettu applikazzjoni ġdida għal viża jekk dik oriġinali tkun skadiet. Mill-banda l-oħra, applikanti li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm Missjoni Maltija jistgħu jirrikorru hemm u jissottomettu applikazzjoni għal viża ġdida, kemm-il darba l-Missjoni Maltija tkun reġgħet bdiet bl-operat tagħha.

  1. Kif jistgħu membri tal-familja jew ċittadini minn pajjiżi terzi li għandhom fil-pussess tagħhom il-permess temporanju għal residenza li skada riċentement, jiġu lura Malta?

Jekk dawn il-persuni jkunu ġejjin minn dawk il-kuriduri siguri u għandhom bżonn viża biex jiġu Malta, allura jridu japplikaw mill-ġdid sabiex tinħarġilhom viża ġdida kemm-il darba l-Missjonijiet Maltin barra minn Malta jkunu reġgħu fetħu. Dawn l-applikanti għandhom jibagħtu imejl lit-Taqsima tal-Viża fuq [email protected] sabiex iġibu l-permess.

Dan mingħajr preġudizzju għal:

  • kwalunkwe approvazzjoni oħra li tkun meħtieġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin sabiex l-applikant ikun jista’ jiġi Malta (skont l-Avviżi Legali 244, 255, 280 and 290 tal-2020, u/jew kwalunke Avviż Legali sussegwenti ieħor relatat li jista’ jinħareġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa);
  • kwalunkwe rekwiżiti b’rabta mal-viża speċjalment f’każ li l-applikant ikun ġej minn pajjiż fejn m’hemmx faċilitajiet għall-ħruġ tal-viża;
  • kwalunkwe restrizzjonijiet b’rabta ma’ vjaġġar lejn Malta imposti minn Membri Stati li minnhom l-applikant ikun irid jgħaddi sabiex mill-pajjiż minn fejn oriġina jkun jista’ jasal Malta.
  1. Kif tista’ tapplika għal single permit ġdid?

Applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni għal single permit online permezz tas-sit https://singlepermit.gov.mt/ kemm-il darba min iħaddem ikun irreġistra għal dan is-servizz billi jibgħat email fuq [email protected]. F’każ li min iħaddem isib xi diffikultà għandu jibgħat email fuq [email protected]. Din il-pjattaforma diġitali taċċetta wkoll applikazzjonijiet għal tiġdid tal-permess kif ukoll tibdil tax-xogħol.

  1. Kemm idum biex jinħareġ il-permess ta’ residenza?

Il-proċess tal-applikazzjoni għal single permit joħroġ mid-Direttiva tal-UE 2011/98/UE u f’ċirkostanzi normali, fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa għal kontrolli jew verifiki addizzjonali ta’ sigurtà dwar l-idoneità tal-applikant, iż-żmien medju tal-ipproċessar jieħu bejn sitta u tmien ġimgħat, li huwa żmien adegwat mill-erba’ xhur stipulati f’din l-istess Direttiva tal-UE.

  1. Fuq liema bażi ċittadini ta’ pajjiżi terzi jingħataw ‘awtorizzazzjoni temporanja ta’ xogħol’ meta jirċievu l-karta l-blu?

Skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.17, ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jissottometti applikazzjoni waqt li jkun għadu barra mill-pajjiż jew ikun legalment qed joqgħod fit-territorju Malti jew f’territorju ta’ Stat Membru ieħor. Biex applikant jidħol f’territorju Schengen, l-applikazzjoni trid tkun ġiet proċessata b’suċċess u jkunu saru l-verifiki u l-assessjar neċessarju kollu minn Identità Malta, Jobsplus u l-Pulizija tat-Taqsima tal-Immigrazzjoni. F’dak il-perijodu interim, mid-data tal-wasla tal-applikant sakemm jinħareġ il-permess ta’ residenza fil-format ta’ karta, tingħata awtorizzazzjoni temporanja sabiex ikun jista’ jaħdem permezz ta’ dokument ad hoc kemm-il darba l-applikant ikun iffinalizza l-applikazzjoni tiegħu f’Malta u ttieħdulu d-dettalji biometriċi.

Applikanti li diġà qegħdin f’Malta u li l-applikazzjoni tagħhom għal xogħol, bdil ta’ xogħol jew tiġdid kienet approvata fil-prinċipju jinħarġilhom il-permess temporanju ta’ xogħol wara li  jkunu ttieħdulhom id-dettalji biometriċi tagħhom.

Dan il-permess temporanju jingħata abbażi tad-dispożizzjonijiet li min iħaddem, li jkun diġà ġie approvat, irid jissottometti l-formola ta’ ingaġġ lil Jobsplus fi żmien sebat ijiem minn meta jinħareġ dan il-permess sabiex l-impjieg tal-applikant ikun regolarizzat. Jekk kemm-il darba jinkisru l-kundizzjonijiet tal-permess temporanju ta’ xogħol, il-permess jiġi rtirat.

  1. Impjegati full-time li jkollhom fil-pussess tagħhom single permit validu, jistgħu jagħmlu xogħol part-time?

Le. Iridu japplikaw għal liċenzja għal impjieg part-time ma’ Jobsplus.

  1. Applikant li jkun applika sabiex jiġġeddidlu l-permess, jista’ jibqa’ jaħdem sakemm l-applikazzjoni tiegħu tkun ipproċessata mill-Aġenzija Identità Malta?

Iva, applikanti li jkunu applikaw għal tiġdid ta’ permess jistgħu jibqgħu jaħdmu sakemm l-applikazzjoni tagħhom tiġi proċessata, kemm-il darba ma jkunx hemm tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Importanti ħafna li applikazzjonijiet għal tiġdid jiġu sottomessi fiż-żmien adegwat qabel ma jiskadi d-dokument, u f’każ li l-permess jiskadi, l-applikanti għandhom iżommu kopja tal-irċevuta interim li jingħataw.

  1. Ċittadin minn pajjiż terz li qed jistudja Malta, jista’ jibda jaħdem wara li jkun temm b’suċċess l-istudju tiegħu?

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu temmew b’suċċess l-istudji tagħhom minn Livell 5, taħt il-liġijiet eżistenti, jingħataw permess ta’ residenza li bih ikunu jistgħu ifittxu impjieg u jkunu jistgħu japplikaw għal impjieg full-time kemm-il darba jissottomettu prova li jkunu temmew b’suċċess il-kors ta’ studji tagħhom. Dawn l-applikazzjonijiet xorta se jkunu soġġetti għall-aħħar żviluppi b’rabta mas-suq tax-xogħol. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn faċilitajiet għal tiftix ta’ impjieg.

  1. Ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun itterminalu l-impjieg tiegħu, meta jista’ jissottometti applikazzjoni ġdida wara li jkun tilef l-impjieg?

Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Aġenzija Identità Malta illaxkat xi ftit mir-restrizzjonijiet tagħha. Madankollu, min-nhar it-Tnejn 3 ta’ Awwissu l-Aġenzija Identità Malta se terġa’ lura għall-prattiki ta’ qabel il-pandemija li jippermettu perjodu ta’ għaxart ijiem mid-data tat-terminazzjoni tal-impjieg li matulhom tkun tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida.