Identity Malta tibda tilqa’ korrezzjonijiet minuri għall-ismijiet Maltin
Dawk li se jagħmlu din it-tip ta’ korrezzjoni se jinħarġilhom passaport u karta tal-identità ġdida bla ħlas.
Wara li ftit tal-jiem ilu Identity Malta ħabbret li r-reġistrazzjoni t’isem bl-użu tat-tipa Maltija issa huwa possibbli fuq is-sistema elettronika tar-Reġistru Pubbliku, l-Aġenzija tixtieq tinforma lill-pubbliku li bdiet tilqa’ talbiet għall-korrezzjonijiet minuri f’dan ir-rigward.
Permezz tal-emendi legali li daħlu fis-seħħ riċentament, dawk li għandhom isem Malti rreġistrat mingħajr l-użu tat-tipa Maltija jistgħu jagħmlu l-korrezzjoni meħtieġa b’sempliċiment talba quddiem id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u mingħajr il-bżonn ta’ rikors il-Qorti. Dan ifisser inqas spejjeż u burokrazija għall-applikanti.
L-Aġenzija Identity Malta tinforma lil dawk l-individwi li se jkunu qed jagħmlu din it-tip ta’ korrezzjoni se jinħarġilhom passaport (li se jkollu l-istess data tal-iskadenza) u karta tal-identità ġdida mingħajr ebda ħlas.