L-Aġenzija Identity Malta tħabbar li s-Sur Mark Mallia se jkun qed jinħatar bħala l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija Identity Malta.

Is-Sur Mallia se jkun qed jieħu post l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv uxxenti, s-Sur Anton Sevasta.

Is-Sur Mark Mallia għandu esperjenza vasta f’pożizzjonijiet maniġerjali differenti, inkluż fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn serva wkoll bħala Deputat Kmandant. Hu gradwat fl-istudji tal-Management, b’Masters mill-Università ta’ Malta.

L-Aġenzija tixtieq tirringrazzja lis-Sur Anton Sevasta tax-xogħol li wettaq fi ħdan l-istess aġenzija.