Rikonoxximent tal-Ġeneru
Ir-rikonoxximent tal-ġeneru huwa process illi bih ċittadini Maltin, li t-twelid taghhom ikun reġistrat f’Malta, japplikaw sabiex jaġġornaw ir-rekords tat-twelid tagħhom biex jirriflettu il-ġeneru magħżul minnhom. Ir-rekords aġġornati għandhom iservu bħala prova biex tiġi aġġornata l-karta tal-identità u dokumentazzjoni oħra uffiċjali kif l-applikant jidhirlu xieraq. Residenti li għandhom ċertifikat tat-twelid barrani li ma jistgħux jirreġistraw it-twelid tagħhom Malta minħabba l-fatt li huma mhumiex ċittadini Maltin, jkunu jeħtieġu illi ċ-ċertifikat barrani jew kwalunkwe forma oħra uffiċjali ta’ rikonoxximent tal-ġeneru jkun jirrifletti il-ġeneru mixtieq minnhom minn pajjiżhom sabiex ikunu jistghu jaġġornaw id-dokumentazzjoni uffiċjali Maltin.
Persuni illi jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali skont l-Att dwar ir-Refuġjati jew kwalunkwe legislazzjoni sussidjarja tiegħu, li jixtiequ jaġġornaw il-ġeneru irreġistrat tagħhom u/jew l-isem huma ġentilment mitluba jikkuntattjaw lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati sabiex ikunu ggwidati kif xieraq.
L-aħħar aġġornament: 11/12/2020
X’inhi l-proċedura għall-applikazzjoni li għandha tiġi segwita?
1. L-applikant jagħmel dikjarazzjoni ta’ tibdil ta’ ġeneru u isem, skond il-każ, quddiem Nutar Malti li mbad jinsinwa d-dikjarazzjoni għand it-Taqsima tat-Tiftix.
2. Ir-Reġistru Pubbliku jirċievi t-talba biex jiġi mibdul il-ġeneru fir-rekords tal-istat ċivili tal-applikant permezz ta’ nota ta’ reġistrazzjoni u d-dikjarazzjoni mit-Taqsima tat-Tiftix.
3. Ir-Registru Pubbliku, permezz tal-annotazzjoni relevanti, jemenda l-Atti kollha tal-Stat Ċivili li huma msemmija fin-Nota ta’ Reġistrazzjoni.
X’għandi nipprovdi?
In-nota tal-insinwa u d-dikjarazzjoni hija l-evidenza sottomessa.
Il-proċess jista’ jitwettaq f’liema lingwi?
Il-proċedura ssir kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Kif nista’ nipprova l-identità tiegħi?
In-nota tal-insinwa u d-dikjarazzjoni rċevuta mit-Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku hija l-mezz t’aċċettat ta’ awtentikazzoni u identifikazzjoni. In-nota tal-insiwa għandu jkollha:
(1) Numru uniku tan-nota tal-insinwa u
(2) Tiġi ffirmata min-nutar tal-applikant
Kemm jieħu l-proċess u x’inhuma l-skadenzi applikabbli?
Ir-Reġistru Pubbliku għandu fi żmien ħmistax-il jum mill-preżentata tan-nota ta’ insinwa u d-dikjarazzjoni fit-Taqsima tat-Tiftix sabiex jagħmel annotazzjoni fl-Atti relevanti tal-applikant. L-applikant għandu fi żmien ħmistax-il jum mir-reġistrazzjoni tan-nota u d-dikjarazzjoni fir-Reġistru Pubbliku, jitlob lit-Taqsima tal-Karta’ tal-Identità sabiex tiġi emendata l-karta tal-identità tiegħu/tagħha u dokumenti oħra ta’ identifikazzjoni u tinħareġ karta tal-identità ġdida u dokumenti oħra ta’ identifikazzjoni, billi jindika il-ġeneru u/jew l-ewwel isem kif emendat fuq l-Att tat-Twelid.
Hemm xi miżati marbuta ma’ dan l-proċess?
M’hemm l-ebda miżata imposta mir-Reġistru Pubbliku għall-annotazzjoni tal-ġeneru (rikonixximent).
X’għandi nagħmel jekk ma smajt xejn mingħand ir-Reġistru Pubbliku?
L-Uffiċju tar-Reġistru Pubbliku huwa legalment obbligat li jaġixxi fi żmien ħmistax-il jum u għalhekk għandu jiġi preżunt li t-tibdiliet fir-reġistru tat-twelid u ikunu saru fi żmien ħmistax-il jum minn meta tiġi rċevuta in-nota ta’ l-insinwa jekk l-istess uffiċċju ma jinformax lill-applikant mod ieħor.
Ir-Reġistru Pubbliku jissupplixxi informazzjoni rigward il-progress tal-annotazzjoni meta tiġi rikjesta. Mistoqsijiet jistgħu jsiru jew permezz ta’ imejl jew permezz tat-telefon billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt mniżżla hawn taħt.
X’nista’ nagħmel f’każ li ma jintlaħaqx ftehim?
• Emendi ġenerali jew tilwim dwar it-trattament ta’ applikazzjoni – ikkuntattja l-Uffiċċju tar-Registru Pubbliku billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt hawn taħt.
• Tibdil tal-ġeneru għall-persuni addottati – Skont l-Artikolu 4A tal-Kap. 540, fil-każijiet kollha ta’ addozzjonijiet, il-persuna li taddotta fil-każ ta’ minuri, jew il-persuna addottata, għandha tapplika quddiem il-Qorti li kienet ħarġet id-digriet ta’ addozzjoni u titlob lill-istess biex ibiddel il-ġeneru u/jew l-ewwel isem tal-persuna addottata fuq id-digriet tal-addozzjoni. Jekk il-Qorti taċċetta t-talba rispettiva, id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku mbagħad jigi ordnat ibiddel l-ġeneru u/jew l-isem fuq l-Att tat-Twelid kif xieraq.
• Tibdil tal-ġeneru ta’ minuri – L-Artikolu 7 tal-Kap 540 jistipula li fil-każijiet kollha tal-minuri, il-persuni li jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri għandhom japplikaw fil-qorti kompetenti u jitolbu lill-istess qorti biex ibiddlu jew jiddikjaraw il-ġeneru u l-ewwel isem tal-minuri. Jekk il-Qorti tilqa’ t-talba ġudizzjarja rispettiva, id-Direttur tar-Registru Pubbliku mbagħad jiġi ordnat ibiddel is-sess u/jew l-ewwel isem fuq l-Att tat-Twelid kif xieraq.
• Tibdil tal-ġeneru f’każ li jkun diġa nbidel qabel – Skont l-Artikolu 8 (2) tal-Kap. 540, emenda għall-att tat-twelid mill-persuna li f’dak iż-żmien ma tkunx minuri, ladarba tkun kompleta, tista’ tiġi modifikati b’ordni tal-qorti biss. Għalhekk, dik il-persuna f’dawn il-każijiet, għandha tapplika quddiem il-qorti kompetenti u titlob lill-istess biex tordna emendi tal-ġeneru irregistrat u/jew ta’ l-isem.
Dettalji ta’ Kuntatt
L-Awtorità kompetenti responsabbli għall-proċedura hija:
- Ir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065.
Email [email protected]
Tel: +356 2590 4200.
- Ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara is-Sur, ir-Rabat, Gozo VCT1335.
Email [email protected]
Tel: +356 2215 6383.
Liġijiet u Regolamenti Relevanti
Kummenti u Feedback
Għenitek din il-paġna? Għidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ta’ għajnuna jew jekk hemmx modi kif nistgħu ntejbuha. Segwi l-link hawn taħt.