Dikjarazzjoni dwar l-accessibilta tas-sit

Skont l-Att dwar it-Twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCAA), din id-dikjarazzjoni hija maħsuba għal dan is-sit u s-sotto-paġni tiegħu. L-Aġenzija Identità Malta qagħdet attenta ħafna sabiex tippreżenta kontenut f’dan is-sit b’tali mod li jkun perċepibbli, operabbli, jinftiehem u b’saħħtu.

Partijiet mill-kontenut ta’ dan is-sit li jistgħu li ma jkunux aċċessibbli huma l-Accessibility Helper li baqgħet b’karatteristiċi li huma parzjalment aċċessibbli minħabba li hija għodda prezzjuża li tgħin biex tagħmilha faċli biex taċċessa l-bqija tas-sit. L-istrixxa tal-ġenb tista’ ma tirriflettix kull tikketta tal-qari b’leħen għoli fuq il-buttuni li huma viżibilment użati. Hemm ukoll libreriji ta’ partijiet terzi li jintużaw għal sistemi ta’ ħlas (bħalma hija l-portal tal-ħlas għal tiġdid għal ċittadini minn barra l-Unjoni Ewropea). Dawn il-partijiet tas-sit tagħna huma maħluqa bl-użu ta’ strutturi kumplessi u jista’ jkun hemm limitazzjonijiet t’aċċessibilità għall-qarrejja tal-iskrin. F’siti oħra, bħal dik tar-Reġistru Pubbliku u tal-eForms, aħna nużaw libreriji li jistgħu ma jenfasizzawx oġġetti fuq l-iskrin meta l-enfasi tkun fuqhom u dawn is-siti jista’ jkollhom problemi b’fonts tal-paġna li jqassru biex jaqblu ma’ tagħmir ta’ daqs differenti. Applikazzjonijiet eForms għandhom ukoll neqsin xi elementi ta’ aċċessibiltà li jgħaqqdu l-kontrolli fuq l-iskrin ma’ alternattivi aċċessibbli. Aħna nkomplu nużaw dawn il-libreriji terzi sabiex nipprovdu servizzi speċjalizzati li diffiċli ħafna biex jitbiddlu. Għadu mhux viabbli bħalissa li naġġornaw il-kodiċi tal-partijiet terzi.

Alternattivi aċċessibbli għal dawn l-elementi fis-sit jinkludu tkabbir tat-test u zoom, settings ta’ kuntrast qawwi, il-lenti jew il-faċilita li tkabbar it-tipa u li huma disponibbli permezz tal-brawżer u s-sistema operattiva tiegħek.

Biex tistaqsi dwar il-konformità tal-aċċessibiltà ta’ dan is-sit, tirrapporta nuqqas ta’ aċċessibiltà jew tipprovdi rispons dwar il-karatteristiċi tal-aċċessibiltà provduta, jekk jogħġbok uża is-servizz tal-Customer Care tal-Aġenzija Identità Malta. Il-Customer Care jista’ jintuża wkoll biex tintalab informazzjoni dwar dak li ġie eskluż skont ir-Regolament 3 (3) u 5 tal-MCAA.

Tista’ tibgħat messaġġ elettroniku fuq [email protected].

Sabiex tesprimi formalment it-tħassib dwar miżuri meħuda mill-Aġenzija Identità Malta għal rimedju ta’ kwistjonijiet t’aċċessibiltà tas-sit, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) billi tuża l-formoli elettroniċi.

Ħolqa għall-forma bl-Ingliż
Ħolqa għall-forma bil-Malti