Avviż importanti għall-utenti tal-eID
Ġentilment ninfurmaw li s-sistema tal-eID mhux se tkun disponibbli bejn nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju mis-7.00pm u s-Sibt 25 ta’ Lulju sas-7.00pm.
Din is-sistema se jsirilha xogħol wiesa’ ta’ manutenzjoni u tisħiħ filwaqt li se jkunu introdotti diversi karatteristiċi ġodda.
Minkejja li dan huwa tisħiħ sinjifikanti, il-klijent MHUX se jkun mitlub li jibdel id-dettalji personali tiegħu jew il-password sabiex ikompli jagħmel użu mill-kont tal-eID. Min-naħa tagħna qatt mhu se nkunu qed nistaqsu għall-password tal-klijenti tagħna, filwaqt li nfakkru sabiex din l-informazzjoni personali qatt ma tingħadda lil terzi persuni.