Iffirmar ta’ Dokumenti Diġitali bl-użu tal-Microsoft Word
1. Iftaħ id-dokument li tixtieq tiffirma. Issejvja d-dokument qabel tiffirma. (Fil-qosor: CTRL + S)
2. Agħfas dawn il-buttuni: ALT + F, I, P, S. Inkella tista’ ssegwi l-erba’ passi li jmiss. Jekk se tuża l-buttuni, tista’ tipproċedi minn pass numru 7.
3. Innaviga lejn File/Fajl u agħfas Info/Informazzjoni.
4. Agħfas fuq Protect Document/Ipproteġi d-Dokument.
5. Agħfas fuq Add a Digital Signature/Żid Firma Diġitali.
6. Fil-menu taħt Commitment Type/Tip ta’ Impenn, tista’ tagħżel Created and Approved this Document/Ħloqt u approvajt dan id-dokument.
7. Il-kaxxa li jmiss “Purpose for signing document/Għan għall-iffirmar tad-dokument” tista’ titħalla vojta.
8. Taħt il-kaxxi, għandu jkun hemm kaxxa li l-utent ma jistax ibiddel. F’każ li tkun vojta, agħfas fuq Change/Ibdel. Inkella, kun żgur li hemm ismek, kunjomok u l-firma fil-parentesi.
9. Jekk agħfast fuq Change/Ibdel, agħżel iċ-ċertifikat fejn hemm ismek, kunjomok u l-firma fil-parentesi. Imbagħad agħfas fuq OK.
10. Agħfas fuq Sign/Iffirma. Tista’ tirċievi twissija li ċ-ċertifikat ma jistax jiġi vverifikat. Injora din it-twissija u agħfas fuq Yes/Iva.
11. Se tkun mitlub biex iddaħħal il-PIN. Daħħal il-PIN u agħfas OK.
12. Se tirċievi notifika li l-firma tiegħek ġiet issejvjata b’suċċess ma’ dan id-dokument.
13. Meta tissejvja u tagħlaq dan il-dokument, tista’ terġa’ tiftħu biex tara l-firma tiegħek.
Ċaħda: L-Aġenzija Identità Malta ma tappoġġjax il-Microsoft Word u ma tistax tibdel il-funzjonalità u l-imġieba tal-programm. Identità Malta hija responsabbli biss biex tipprovdi l-għodda biex tintegra ma’ Microsoft Word għall-ħolqien tal-firma diġitali li tippermettilek tagħżel iċ-ċertifikati diġitali fuq l-identità elettronika tiegħek jew il-karta ta’ residenza elettronika u ddaħħal il-PIN.