Apparat biex tinteraġixxi mal-karta tal-identità elettronika u l-karta tar-residenza elettronika maħruġa minn Identity Malta

Download link for Windows user guide in PDF format Niżżel il-Gwida tal-Installazzjoni għal Windows, jew segwi l-instruzzjonijiet online għal verżjoni simplifikata.

Download link for Mac OS user guide in PDF format Niżżel il-Gwida tal-Installazzjoni għal macOS.

Download link for Windows Middleware Installation files of Cryptovision Utility Niżżel is-software meħtieġ għall-installazzjoni għal Windows.

Download link for MacOS Middleware Installation files of Cryptovision Utility Niżżel is-software meħtieġ għall-installazzjoni għal macOS.

La darba l-installazzjoni tirnexxi, uża dawn il-metodi għal firem diġitali f’Adobe Reader DC jew biex tiffirma dokument fuq Microsoft Word jekk tuża l-karta tal-identità biex tiffirma d-dokumenti b’mod diġitali.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Identity Malta ma tinżammx responsabbli għal problemi li jirriżultaw mill-installazzjoni tas-software, tal-apparat tal-qarrej innifsu jew ta’ kunflitti oħra, fuq il-kompjuter tal-utent. Identity Malta ma tista’ tipprovdi bl-ebda mod, sapport dirett fuq il-post jew barra mill-post, fuq hardware u software relatati pprovduti mill-utent. L-utenti qegħdin b’dan jiġu avżati biex jikru professjonist personalment għall-installazzjoni tas-software u/jew tal-hardware. Identity Malta ma tinżammx responsabbli għal kwistjonijiet ta’ kompatibilità ma’ software jew hardware ieħor fuq il-kompjuter tal-utent.

Speċifikazzjonijiet għal Qarrej tal-Karta

Interface tal-Ismart Card

F’konformità mal-protokoll ISO14443-4, għall-użu ta’ karti tal-identità ġodda ‘contactless’.

Konformi mal-protokolli ISO7816 T = 1, għall-użu ma’ karti ta’ l-identità li fihom interface taċ-ċippa viżibbli.

 

Standards / Ċertifikazzjonijiet

ISO / IEC 7816-1,2,3,4

F’konformità mal-istandard tal-industrija tal-Smart Card tal-PC – PC / SC 2.01

 

Is-sistemi operattivi appoġġjati huma Windows 10 & 8.1, u macOS 10.14.

Applikazzjoni għall-Kont tal-Identità Elettronika ta' Organizzazjoni

  1. Kun żgur li għandek kont attiv tal-eID personali.
  2. Installa s-software meħtieġ u ara li għandek card reader kif speċifikat fit-taqsima “Apparat biex tinteraġixxi mal-eID u E-Residence Cards” fuq din il-paġna.
  3. Ġentilment innota li s-servizz tar-Reġistrazzjoni ta’ Organizzazjoni li qabel kien fuq mygov.mt ġie migrat għal https://subscribedservices.gov.mt.