Adozzjonijiet

Regolamenti dwar ir-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-Adozzjonijiet

Aġġornata l-aħħar: 20/10/2022

X’inhi l-proċedura li wieħed irid jimxi magħha?

Ir-Reġistru Pubbliku jkun notifikat permezz ta’ kopja legali tad-Digriet tal-Adozzjoni mir-Reġistratur tal-Qrati. Ir-Reġistru Pubbliku jikkonforma mad-digriet billi jirreġistra l-adozzjoni u jagħmel Att ta’ Adozzjoni fir-Reġistru tal-Persuni Adottati. F’adozzjonijiet, fejn jirriżulta li Att ta’ Twelid hu diġà rreġistrat fir-Reġistru Pubbliku, l-Att ta’ Twelid  jiġi aġġornat permezz ta’ rimarka apposta.

X’jinħtieġ inġieb miegħi?

Il-kopja legali tad-Digriet tal-Adozzjoni hija l-evidenza li għandha tiġi sottomessa u tiġi notifikata direttament minn uffiċjal tal-qorti.

F’liema lingwi ssir din il-proċedura?

Il-proċedura ssir bil-Malti u bl-Ingliż.

Kif napprova l-identità tiegħi?

Il-mezz aċċettat ta’ awtentifikazzjoni, identifikazzjoni u firma huwa li r-Reġistru Pubbliku jikkonferma li d-digriet tal-Qorti hija kopja legalment veritiera. Dan isir permezz tal-awtentifikazzjoni tat-timbru tad-Digriet tal-Qorti li trid tkun taqra ‘QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TA’ ĠURISDIZZJONI VOLONTARJA) VERA KOPJA FOTOSTATIKA’ u jiġi assigurat li d-dokument għandu l-firma oriġinali tad-Deputat Reġistratur tal-Qrati ta’ Malta.

Kemm idum il-proċess biex jitlesta?

Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu, fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta jirċievi l-kopja legali tad-Digriet tal-Adozzjoni, jikkonkludi l-proċess tar-reġistrazzjoni tal-istess Digriet tal-Adozzjoni.

Hemm xi tariffi għal din il-proċedura?

M’hemm l-ebda tariffi mir-Reġistru Pubbliku sabiex tkun reġistrata adozzjoni.

X’nagħmel jekk ma nisma’ xejn mingħand ir-Reġistru Pubbliku?

Ir-Reġistru Pubbliku jgħaddi informazzjoni rigward il-progress li jkun sar fid-Digriet tal-Qorti tal-Adozzjoni lil rappreżentat legali u l-adottanti, jew lil persuna adottata jekk għandha/u  ‘il fuq minn 18-il sena fuq talba tagħhom biss.

X’nista’ nagħmel f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ ftehim?

  • Korrezzjonijiet tad-Digriet tal-Adozzjoni – F’każijiet fejn dawk li jadottaw jew il-persuna adottata jkunu jixtiequ jikkoreġu kwalunkwe informazzjoni jew jirrevokaw direzzjoni dwar id-digriet ta’ adozzjoni, kif irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku, l-Artikolu 127 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qorti kompetenti, u titlob l-istess biex temenda kwalunkwe direzzjoni partikolari jew tirrevoka kwalunkwe direzzjoni fuq id-digriet ta’ adozzjoni. Jekk tkun sodisfatta, il-Qorti għandha tikkomunika tali ordni lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex jaġġorna r-rekords tal-Adozzjoni skont dan.
  • Kopji tad-digrieti ta’ adozzjoni jew ċertifikati oriġinali tat-twelid – L-Artikolu 127A tal-Kodiċi Ċivili jiddikjara li kopja tad-digriet ta’ adozzjoni jew kopja taċ-ċertifikat oriġinali tat-twelid ma jistgħux jinħarġu lil xi persuna sakemm ma tiġix provduta ordni tal-Qorti f’dan ir-rigward.

Dettalji ta ‘kuntatt

L-awtorità kompetenti responsabbli minn din il-proċedura huwa:

  • Ir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, Onda Building, Triq Aldo Moro Road, il-Marsa, MRS 9065.
  • Ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Suq, Victoria, Għawdex VCT1335.

Kummenti u Feedback

Għenitek din il-paġna? Għidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ta’ għajnuna jew jekk hemmx modi kif nistgħu ntejbuha. Segwi l-link hawn taħt.

Nixtieq inħalli feedback dwar din il-paġna

Irrapporta l-ostakli li nqalgħu waqt l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek tas-suq intern

Sib għajnuna f’dan il-qasam

Your Europe Logo